Sport Sport Ieħor

O’Sullivan rebbieħ taċ-Champion of Champions wara li għeleb lil Wilson fil-frame deċiżiv

Ronnie O’Sullivan rebaħ it-tournament Champion of Champions wara li għeleb lil Kyren Wilson fil-finali li ntlagħbet f’Coventry. O’Sullivan u Wilson kienu eliminaw lil Shaun Murphy u Mark Allen fis-semifinali, u urew il-kwalità tagħhom f’logħba missielta.

Kellu jkun l-aħħar frame li jiddeċiedi kollox, b’O’Sullivan juri l-klassi tiegħu biex għalaq il-logħba bi break ta’ 131. Il-veteran kien fetaħ vantaġġ ta’ 6-3 fl-ewwel sessjoni tal-logħba, iżda Wilson irkupra u rebaħ sitta mill-aħħar tmien frame.

Wilson kien jinsab frame bogħod mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 9-8, iżda O’Sullivan mhux biss sforza biex il-logħba tmur għal frame deċiżiv iżda spiċċa rebbieħ f’dik li hi meqjusa bħala waħda mill-isbaħ finali fl-aħħar snin.

Tags