Żewġ karozzi ġarrbu ħsarat estensivi wara li kmieni dalgħodu spiċċaw involuti f’ħabta stramba fiż-Żejun.
Il-każ seħħ fi Triq Anton Buttigieg għall-ħabta tad-9am.
Net News hu nfurmat li fil-post waslu immedjatament Pulizija tal-RIU kif ukoll ambulanza li ħadet mara l-isptar. Hi sofriet feriti ħfief.
L-inċident ikkawża ħsara estensiva f’numru ta’ parapetti privati li hemm fl-istess triq.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.