Futbol Sport

Silvio Vella se jesperimenta għall-konfront doppju kontra l-Albanija

(Ritratt: Joe Borg)

Diversi uċuħ ġodda fl-iskwadra finali ta’ 20 plejer li l-kowċ nazzjonali Malti Silvio Vella sejjaħ għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Albanija. Dan minħabba li diversi plejers mit-tim preċedenti qabżu l-kategorija ta’ taħt il-21 sena wara l-aħħar logħbiet minn Grupp 6 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew.

Fl-iskwadra hemm żewġ plejers li bħalissa qed jilagħbu barra minn pajjiżna, filwaqt li għal darba oħra hemm plejer magħżul fl-iskwadri nazzjonali li qed jilgħab maċ-champions Għawdxin Victoria Hotspurs.

L-uniċi plejers li għad fadal mill-grupp preċedenti huma l-gowlkiper Andreas Vella, id-difensuri Jean Borg, Kurt Shaw u Michele Sansone kif ukoll il-midfielders Myles Beerman, Matthew Guillaumier u Jan Busuttil.

L-oħrajn se jkollhom l-attenzjoni prinċipali ta’ Silvio Vella u l-assistent tiegħu Noel Turner, hekk kif iż-żewġ kowċis se jkunu qed janalizzaw lil dawn il-plejers fiż-żewġ logħbiet kontra l-Albanija li se jintlagħbu nhar il-Ġimgħa u t-Tnejn 19 ta’ Novembru. Dawn il-logħbiet qed iservu ta’ preparazzjoni Il-grupp Malti jħalli pajjiżna l-Erbgħa.

Skwadra finali

Gowlkipers: Timothy Aquilina (Sliema Wanderers), Andreas Vella (Mosta)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Connor Zammit (Hibernians), Zachary Cassar (Senglea Athletic), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta)

Midfielders: Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Jamie Zerafa (FK Indija), Andrea Borg (Kettering Town), Joseph Mario Vella (Victoria Hotspurs), David Xuereb (Hibernians), Aidan Friggieri (St. Andrews), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Jan Tanti (San Ġwann)

Attakkanti: Zachary Brincat (Mosta), Bradley Schembri (Ħamrun Spartans)