Il-Pulizija Awstraljana rnexxielha ssolvi l-każ ewlieni tal-frawli bil-labar fihom.
Dawn il-każi feġġew f’Settembru u heżżew l-industrija tal-frawli Awstraljana. Imma l-Pulizija fi Queensland qalet li l-persuna arrestata – mara ta’ 50 sena – hi dik li oriġinarjament poġġiet l-labar fil-frawli.
Dan għaliex minn Settembru, minn mindu feġġew l-ewwel każi, kien hemm mal-186 każ ta’ frawli b’labar fihom u hemm xi wħud li ma kinux mill-mara arrestata. Infatti Trinh qed tingħata r-responsabbiltà għal madwar sitt każi.
Il-mara kienet identifikata bħala My Ut Trinh u issa tressqet quddiem qorti f’Brisbane fejn qed tissogra 10 snin ħabs. Jidher li hi għamlet dak li għamlet għaliex kienet irrabjata lejn il-post tax-xogħol tagħha u riedet tfalli l-kumpanija.
Trinh kienet supervisor mal-kumpanija Berrylicious u Berry Obsession Farm fi Wamuran, fit-Tramuntana ta’ Brisbane. Skont il-Pulizija hi kienet tħoss li ma kenitx stmata u kienet tkellmet ma’ ħaddiema li kienet se tpattija lill-kumpanija.
Solvut…jew kważi.. il-każ tal-frawli bil-labar fl-Awstralja


