Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet hekk kif ftit wara l-5pm seħħ inċident tat-traffiku bejn trakk u karozza. Il-każ seħħ fi Triq il-Kosta hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt bejn iż-żewġ vetturi.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif konsegwenza tal-impatt, il-karożża nħakmet min-nirien.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

