Lokali

AĠĠORNATA: Sparati xi tiri waqt hold-up f’Ħaż-Żabbar

Arkivji

Raġel ġie arrestat wara li pprova jwettaq hold-up fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żabbar iżda sab reżistenza.

Il-Pulizija kkonfermat dan, u qaltilna li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm, meta raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lis-sid. Iżda sid il-ħanut, flimien ma’ xi nies preżenti, irreżistew lill-ħalliel. Dak il-ħin ġew sparati xi tiri, iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Il-Pulizija mit-taqsima tal-RIU marru fuq il-post wara li ssejħet l-għajnuna, u arrestaw ir-raġel, li għandu 46 sena.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.