Futbol Lokali Sport

Andre` Schembri se jirtira min-Nazzjonal

L-internazzjonali Malti Andre’ Schembri dalgħodu ħabbar li se jirtira mit-tim nazzjonali Malti. Dan ħabbru permezz ta’ messaġġ li ħalla fuq il-media soċjali.

Schembri, li illum għandu 32 sena, se jkun qed jirtira wara l-partiti f’Ta’ Qali kontra l-Kosovo u Faroe Islands.

Hu ilu involut fit-timijiet nazzjonali sa mil-livell tal-U14.

“Kien unur għalija nilbes il-flokk tat-tim nazzjonali. U nemmen li hemm uċuħ ġodda li huma kapaċi joffru ħafna lill-futbol”, sostna Schembri.

Preżentament hu qed jilgħab fil-kampjonat Ċiprijott.