Lokali

Esperjenza fiċ-Ċina għaż-żgħażagħ tal-MŻPN u l-Future Leaders

Numru ta’ żgħażagħ kemm mill-MŻPN kif ukoll dawk li jagħmlu mit-tim tal-Future Leaders inghaqdu f’delgazzjoni li se teħodhom lejn iċ-Ċina.

Il-vjaġġ lejn iċ-Ċina għandu jwassal biex dawn iż-żgħażagħ iħarsu lejn binari godda fit-tfassil tal-politika u kif ukoll f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sistemi politici barra minn Malta.

Dwar dan tkellimna ma’ Gabriel Micallef membru fi ħdan l-MŻPN fejn qalilna li jemmen li d-delegazzjoni se tiltaqa’ ma numru affarjiet ġodda li se jgħinuhom jifmhu aktar kif mhux biss taħdem il-politika f’pajjiżna iżda anki ‘l bogħod minn xtutna.

Tkellimna wkoll ma’ Carina Suda li kelmitna dwar l-isfidi li jafu jħabbtu wiċċhom bħala delgazzjoni, fost l-oħrajn hija qaltilna li t-tibdil fil-kultura jaf jaffetwa mhux ftit lilhom bħala grupp, madankollu b’sodisfazzjon qalet li temmen li l-grupp se jaffronta l-isfidi kollha li se jsib quddiem wiċċu, u li din il-mawra se tkun waħda suċċess.

Id-delegazzjoni tirritorna lura Malta fl-25 ta’ Novembru li ġej.