Għal staġun ieħor, id-dilettanti tal-futbol lokali għandhom l-opportunità li jivvutaw għall-isbaħ gowl u l-aqwa save tax-xahar għal Ottubru fil-Kampjonat Premier. Dawn iż-żewġ unuri qed jingħataw mill-programm Replay permezz tal-isponsors Bavaria Malta u Dove.
Il-ħames gowls finalisti għall-isbaħ gowl t’Ottubru, sponsorjat minn Bavaria Malta huma dawn il-plejers:
Miguel Alba (Valletta Football Club)
Jurgen Degabriele (Hibernians FC)
Mario Fontanella (Valletta Football Club)
Joseph Mbong (Hibernians FC)
Shunsuke Nakamura (Pieta’ Hotspurs FC)
Il-ħames saves magħżula, f’rokna sponsorjata minn Dove u skont il-votazzjoni preliminari li jkunu għamlu t-telespettaturi ta’ Replay permezz ta’ Facebook, huma ta’ dawn il-gowlkipers:
Ini Etim Akpan (Floriana FC)
Manuel Bartolo (Hamrun Spartans Football Club)
Matthew Calleja Cremona (St.Andrews FC Malta)
Andrea Cassar (Tarxien Rainbows FC)
Andreas Vella (Mosta FC)
Għaż-żewġ kategoriji rispettivi, li għandhom jiddeterminaw ir-rebbieħa tal-isbaħ gowl u l-aqwa save tax-xahar t’Ottubru, li għandhom jiddeterminaw il-plejer u l-gowlkiper rebbieħ, l-għażla hija esklussivament fdata f’idejn it-telespettatur permezz ta’ Facebook. Wieħed jista’ jivvota biss darba permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook.
Biex tivvota għall-isbaħ gowl AGĦFAS HAWN.
Filwaqt li biex tivvota għall-aqwa save AGĦFAS HAWN.
//= $special ?>