Pajjiżna jinsab fil-qiegħ ta’ lista li għandha x’taqsam mal-qari u l-inugwaljanzi f’dan is-settur.
Dan joħroġ minn rapport tal-UNICEF li juri kif it-tfal f’pajjiżna, f’żewġ kategoriji differenti, ibatu mill-ikbar ammont ta’ inugwaljanza fl-edukazzjoni. Ir-rapport, bl-isem ta’ Unfair Start, għandu l-għan li jitfa’ dawl fuq id-diffikultajiet li jbatu minnhom it-tfal fil-qasam tal-edukazzjoni u l-inugwaljanzi li jeżistu bejn it-tfal f’dak li għandu x’jaqsam mal-qari.
Pajjiżna sfortunatament hu l-agħar f’żewġ kategoriji. Wara l-Iżrael u New Zeland ninsabu l-aħħar fl-abbiltà ta’ qari ta’ tfal tal-primarja.
Ninsabu l-aħħar ukoll, wara l-Bulgarija u Iżrael, fl-abbiltà ta’ qari fost tfal ta’ 15-il sena.
Pajjiżna jinsab ukoll fit-18 minn 41 post fl-ammont ta’ tfal li jmorru l-preschool, jiġifieri xi istituzzjoni edukattiva qabel il-kidnergarten u li allura mhix obbligatorja.
Fi kliem Unicef stess, ir-rapport jixħet dawl dwar il-fatt li meta wieħed jgħix f’pajjiż meqjus sinjur jew żviluppat, mhux neċessarjament ifisser li se jgawdi minn aċċess ugwali għall-edukazzjoni.
Ir-rapport ta’ Unicef analizza 41 stat; kemm membri tal-Unjoni Ewropea u anke tal-Organizzazzjoni għall-Ko-Operazzjoni Edkonomika u l-Iżvilupp.
//= $special ?>