Il-wiegħda kienet li f’Għawdex ikun hemm 300 student tal-mediċina fl-Iskola Medika Barts. Iżda wara sentejn, hemm biss 59 student.
Kienet it-Times illi illum żvelat din l-informazzjoni f’pagna 4 fejn intqal illi kelliem ghal Barts f’Londra ikkonferma illi f’Għawdex bħalissa hemm 59 student li qed jattendu l-kors fil-klassijiet li ġew konvertiti ġewwa s-Sixth Form fir-Rabat. Dan għaliex il-bini tal-Iskola Medika waqa lura b’sentejn.
U huwa evidenti li anke l-interess taż-żgħażagħ li jidħlu għall-korsijiet waqa lura. Dan hekk kif fit-tieni sena – is-sena li ninsabu fiha – daħlu biss 19-il student ġdid.
Il-gimgha li ghaddiet (9 Nov) il-Ministru tas-Sahha innifsu kellu jammetti li x-xoghol fuq l-Iskola Medika ta’ Barts ghadu mwahhal fit-tielet sular. Iżda skont Fearne, “dan hu progress”.
Stqarrija li saret mill-Ministru Fearne ftit tal-jiem biss wara li fil-Parlament sar magħruf li d-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett reġgħet ġiet posposta għas-sena d-dieħa… għalkemm għad m’hemmx data preċiża meta dan se jkun konkluz.
//= $special ?>