Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Strasburgu, ċ-Chairman tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew u issa kandidat tal-Partit Popolari Ewropew għal President tal-Kummissjoni Ewropea Manfred Weber, irrefera għal dak żvelat minn Reuters u Times of Malta dwar ir-rabta bejn il-Power Station tal-Electrogas u l-kumpaniji sigrieti taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.
Manfred Weber qal li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin xebgħu mill-abbuż ta’ poter u korruzzjoni, u dan qed jhedded l-istil ta’ ħajja Ewropea u dak li aħna, bħala Ewropej nemmnu fih. “Il-Gvern Malti irid jiggarantixxi investigazzjoni indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, għaliex l-investigazzjoni mhix qed issir b’mod tajjeb,” qal Manfred Weber.
Hu qal li jekk din l-investigazzjoni ma ssirx b’mod tajjeb, Malta jkollha problemi kbar.
Segwi dak li qal Manfred Weber dwar Malta hawn taħt.
//= $special ?>