– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-gvern biex jaċċetta l-proposti tal-PN dwar il-kunsilli lokali għaliex dawn huma riformi li għandhom itejbu u jsaħħu lill-istess kunsilli lokali.
Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni qed tistenna li t-80 proposta li għamlet ikunu kkunsidrati. L-Oppożizzjoni temmen f’soċjetà li jimpurtaha u se tiltaqa’ mal-gvern biex tiddiskuti l-kunsilli lokali. L-Oppożizzjoni temmen f’iktar poteri għall-kunsilli lokali u temmen li ma kinx hemm bżonn titwaqqaf Infrastructure Malta biex tieħu r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-settur soċjali għandu jkun iċ-ċentru li fuqu tinbena l-politika. Hu sostna li l-Ministeru tal-Fiannzi jrid jifhem li l-kunsilli lokali qiegħdin hemm biex jibqgħu u sostna l l-kunsilli lokali kien ħaqqhom €2 miljuni f’għeluq il-25 anniversarju. Il-PN qed jipproponi li jkun hemm kunsillier responsabbli mis-settur soċjali u li l-gvern jara li jsir studju dwar l-impatt soċjali fil-lokalitajiet.
Proposta oħra tal-PN hi li kull komunità għandu jkollha night shelter u li jkun hemm one stop shop għall-komunità kollha inkluż dik kummerċjali. Il-kunsilli għandhom jimpjegaw uffiċjali tal-komunità biex il-problemi soċjali jkunu trattati. Il-PN qed jipproponi li l-NGos jingħataw prijorità u għandhom ikunu inċentivati. L-Oppożizjzoni qed tappoġġja lill-gvern biex jerġa’ jdaħħal id-diversi skemi li twaqqfu u li jagħmlu differenza.
Hu tkellem dwar s-sigurtà u qal li l-PN jemmen li l-LESA ma kinitx pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-PN hu favur il-community policing. Hawn numru ta’ lokalitajiet fil-pajjiż fejn in-nies mhux iħossuhom komdi. Jeħtieġ li jittieħdu azjonijiet dwar il-parkeġġ fil-lokalitajiet.
Il-gvern ħa biss disa’ proposti minn dawk tal-Oppożizzjoni. Dwar il-pożizzjoni tas-sindku, Robert Cutajar qal li jrid ikun assigurat li dawn ikunu msaħħa. Il-kumitati tar-reġjuni għandu jkollhom budget allokat għalihom. Hu qal li s-somma ta’ €500,000 kull kumita tm’hix biżżejejd aktar u aktar meta dawn se jingħataw aktar responsabbiltajiet. Kienet żbaljata d-deċiżjoni. Il-PN qed jappella biex il-kumitati amministrattivi jibqgħu għaliex kien hemm lokalitajiet fejn dawn ħadmu tajjeb ferm.
Robert Cutajar tkellem dwar il-ħsara ambjentali li qed isseħħ fil-pajjiż u dwar l-aspett amministrattiv tal-kunsilli partikolarment dwar l-Uffiċjali tal-Komunità. L-aspett amministrattiv għandu jissaħħaħ b’investiment fir-riżorsi umani. Hu kkritika lill-gvern dwar il-mod diżorganizzat kif sar it-tqassim tal-bins tal-ġbir tal-iskart.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’San Pawl il-Baħar u lokalitajiet oħra hemm skart li qed jintrema’ bl-addoċċ. Hu qal li hawn lokalitajiet li fihom qed jitħalltu l-boroż. Hu semma’ konsultazzjoni u qal li l-Kunsilli Lokali tal-Gudja talab biex issir by-law minħabba parkeġġ. Minkejja l-appoġġ tas-Segretarju Parlamentari għal din il-pożizzjoni, l-uffiċjal legali tad-Dipartiment tal-Kunsill Lokali waqqa’ dak li qabel miegħu l-Kunsill Lokali tal-Gudja. F’każ ta’ kunsill lokali ieħor id-deċiżjoni ngħatat b’mod differenti.
Hemm dimotivazzjoni fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fosthom fil-family friendly measures. Il-Kummissarju għall-Ambjent fi ħdan l-Ombudsman qal li s-soluzzjonijiet m’humiex li jitwessgħu t-toroq iżda li l-kunsilli lokali jingħataw il-leħen. Mhux possibbli li jitwettqu proġetti ta’ €700 miljun fit-toroq fejn jidher li l-gvern mhux jagħmel il-konsultazzjonijiet neċessarji mal-kunsilli lokali dwar liema toroq għandhom isiru.
Il-PN qed jipproponi wkoll li fejn hemm impatt turistiku, it-raxxa li tinġabar minn fuq is-settur għandha tmur għand il-kunsill lokali. Parti mill-VAT li tkun ġenerata u d-dħul mill-permessi tas-settur kumemrċjali wkoll għandhom imorru għand il-kunsilli lokali.
//= $special ?>