Lokali Parlament

Il-Ministru Helena Dalli tħaddan ideoloġija Marksista

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo akkuża lill-Ministru Helena Dalli li qed tattwa ideoloġija Marksista u m’hix tkun ugwali bejn kategoriji differenti tas-soċjetà.

Fl-Aġġornament Edwin Vassallo qal li issa rriżulta li kien il-Ministru Owen Bonnici li talab bħala ministru li jitneħħew il-fjuri minn mal-Monument tal-Assedju f’ġieħ Daphne Caruana Galizia. Hu staqsa għaliex il-gvern qed jiddejjaq bil-fjuri li qed jitpoġġew f’ġieħ Daphne Caruana Galziia. Għaliex il-gvern ma jiflaħx jistaporti lil min irid ifakkar il-qtil ta’ din il-mara?

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru Helena Dalli hi iddettata mill-ideoloġija Marksista u sostna li dak tiddetta l-liġi naturali llum mhux definit. Hu qal li jidher li l-Ministru Dalli tagħmillha differenza jekk tkunx fuq in-naħa tagħha jew le.

Hu staqsa x’għamel ħażin Matthew Grech li spiċċa ċensurat mill-Ministru Dalli u kien ħaqqu ċensura. Hu qal li li qed jitħejjew trattazzjonijiet biex jekk xi ħadd jitkellem kontra l-persuni LGBTIQ jkun ikkunsidrat bħala diskors ta’ mibgħeda.

Hu qal li Fr.Ivan Attard m’għamel xejn ħażin li bħala Dumnikan tkellem dwar dak li jemmen hu u kien ukoll kritikat mill-Ministru Helena Dalli. Id-deputat Nazzjonalista qal li s-soċjetà m’għandhiex tispiċċa waħda totalitarja.