Lokali Parlament

FILMAT: Il-Parlament jiddiskuti mozzjoni urġenti ta’ Adrian Delia li titlob riżenja ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri

 

Il-Gvern ma jistax jibqa jwebbes rasu. Kulħadd jaf li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jitilqu. Iżda Muscat għandu idejh marbutin.

Hi din id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-PN Adrian Delia illejla fil-Parlament meta hu stess qajjem il-kontroversja ta’ 17 Black.

Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni li fis-seduta tal-lejla preżenta mozzjoni biex issir diskussjoni urġenti dwar 17 Black. Hu insista, illi l-fatt li Muscat laqa’ din it-talba hi ammissjoni tal-importanza kbira u s-serjeta’ ta’ din il-kwistjoni.

Fid-diskors tiegħu Adrian Delia appella lill-Gvern biex jispjega għaliex Keith Schembri u Konrad Mizzi għadhom ma tkeċċewx. Xi ħaġa li qed ittappan ir-reputazzjoni ta’ Malta.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni insista wkoll li ħadd mhu għola mill-liġi. U saħaq li dawn tal-kumpaniji sigrieti kienu sturtturi maħsuba minn qabel biex tinkiser il-liġi.