– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi żvela fil-parlament li s-sid ta’ Sata Bank ħarab mill-Lussumburgu għax kien se jiġi investigat mill-FIAU Bulgaru u ġie Malta biex jopera min hawn.
Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li l-korruzzjoni għandha prezz. Il-pajjiż jinsab fi stat fejn qatt ma kien hawn istituzzjonijiet li nxtraw u abdikaw minn dmirhom. Hu semma’ l-Bank Pilatus u qla li l-PN kellu raġun meta tkellem dwar l-iskandli li qed isiru. Fil-bank Pilatus kien hemm il-kontijiet ta’ Keith Schembri u John Dalli; magna ta’ ħasil tal-flus. Din għamlet ħsara lir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta.
Jason Azzopardi kompla li l-Kummissjoni Ewropea ħareġ opinjoni formali biex tordna lill-FIAU biex azzjonijiet immedjati f’Malta minħabba li din abdikat minn dmirijietha. Dwar is-Satabank, Jason Azzopardi qal li anki hawn l-abbuż tal-poter. Hemm iktar minn 500 persuna li qed jintlaqtu ħażin mis-Sata Bank.
Is-sid ta’ Sata Bank hu Bulgaru. Kif induna li l-FIAU tal-Lussumburgu kienet qed tinvestigah fuq korruzzjoni għalaq in-negozju tiegħu fil-Lussumburgu u ħarab lejn Malta. L-MFSA mgħamlet l-ebda due diligence fuqu. Hu viċin il-Mafja Russa iżda l-awtoritajiet Maltin riedu bank ieħor biex fih ikun depożitati ċertu flus ta’ ċertu proġetti.
L-FIAU bgħatet rapport lill-FIAU ta’ Malta iżda ma sarx dwaru. F’dan il-bank hemm il-bank ta’ ċittadini onesti iżda sa ftit ilu kien hemm il-kontijiet ta’ l-ex Kummissarju John Dalli, tal-Blue Stone Investment Litd ta’ Mark Pawley u tas-sidien tal-VITALS.
Fuq il-kuntratt korrott mal-VGH il-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ kawża biex il-kuntratt ikun annullat. Fi Frar 2015, xahrejn qabel l-offerti, il-VGH kienet diġà qed tirriklama l-RFP f’kuntratt ta’ €2 biljun. Il-Ministru Konrad Mizzi tad-dritt lill-VGH li jekk trid u meta trid iġġedded il-kuntratt minn 30 sena għal 99 sena. Blue Stone Investments Ltd sa ftit ilu ma ppreżentat l-ebda kontijiet awditjati.
Fit-23 ta’ Novembru 2014 Ram Tumuruli, permess tas-socjetà fil-BVR, Mark Pawley u żewġ investituri oħra ffirmaw ftehim li jinkludi dettalji speċifiċi dwar l-isptarijiet ta’ dak li kellu jkun ir-request for proposal li l-Ministru Mizzi ppubblika f’Marzu 2015. Jeħtieġ investigazzjoni pubblika dwar kull kuntratt li fih kien involut fih Konrad Mizzi għaliex hemm ukoll il-kumpanija McBridge flimkien ma’ 17 Back f’Dubaj.
//= $special ?>