Sport Sport Ieħor

Isaac Bezzina jispiċċa t-tieni fil-Kampjonat tal-Commonwealth tal-Judo

Il-judoka Malti Isaac Bezzina kiseb riżultat mill-aqwa hekk kif rebaħ il-midalja tal-fidda fil-kategorija tal-100 kilo, fil-Kampjonat tal-Commonwealth li sar f’Jainpur-Rajasthan fl-Indja.

Bezzina tilef il-finali kontra Singh Avtar tal-Indja, li dan l-aħħar rebaħ il-midalja tal-bronż fil-Judo Open tal-Asja. Fit-tielet post wara Bezzina spiċċa Ajay ukoll tal-Indja, li bħala pajjiż organizzattiv kien rappreżentat fit-tmien kategoriji fil-kompetizzjonijiet tal-irġiel.

Flimkien ma’ Isaac Bezzina għal dawn il-Kampjonati, kien hemm miegħu d-Direttur Tekniku tal-Malta Judo Federation Alex Bezzina kif ukoll il-President tal-Federazzjoni Envic Galea.

Tags