Lokali

Joseph Muscat ma jgħidx jekk hux se jerfa’ responsabbilità politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ ma jgħidx jekk hux se jerfa’ responsabbilità politika dwar is-saga ta’ 17 Black. Mistoqsi minn Net News it-Tlieta filghaxija, il-Prim Ministru baqa’ ma weġibx għall-mistoqsijiet tagħna. Anzi, prova jdawwar l-argument u jinħeba wara akkużi li m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ 17 Black.

Fid-dawl tar-rivelazzjonijiet riċenti dwar il-Kumpanija sigrieta 17 Black, il-Prim Ministru ma jridx jerfa’ responsabbilità politika akkost tal-fatt li dawn l-episodju riċenti qed ikomplu jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna.

It-Tnejn filghaxija fil-Parlament, f’dibattitu fil-Parlament wara mozzjoni urġenti li prezenta Adrian Delia innifsu, intalbet ir-riżenja ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri; seduta li fiha il-membri tal-Gvern lanqas lissnu kelma waħda dwar 17 Black. Fid-dawl ta’ dan kollu il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ jinħeba wara l-Inkjesti.

F’dan ix-xenarju, rapporti qed jgħidu li l-Ministru Konrad Mizzi mhux joħroġ press calls, għal midja indipendentii. Dan ġie desktritt bħala l-unika Ministru fil-Gvern li qed jimxi b’mod mhux parzjali mal-midja lokali…fejn hu evidenti li qed jipprova jevita l-iskrutinju tal-ġurnalisti rigward is-saga tas-17 Black.