Kif diġa’ żvelajna, mil-lum in-nies qed jerġgħu jintbgħatu fil-kju biex jiġbru aktar bins. Hekk kif kull residenza hija ntitolata għal sett ta’ erba’ kontenituri meta tiġi ppreżentata l-karta tal-identita`.
Dalgħodu Net News innota kjuwijiet twal biswit il-Farmers Market ta’ Ta’ Qali fejn qed jitqassmu dawn il-kontenituri.
It-tqassim f’Malta beda mil-lum u jibqa’ sejjer sal-aħħar tax-xahar, mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7:30am u l-5pm, minn Ta’ Qali.
//= $special ?>