Lokali

RITRATT: Inċident b’mutur fi Triq Reġjonali

Għall-ħabta tad-disgħa nieqes għaxra ta’ dalgħodu, sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li ħabat ma’ vettura oħra fi Triq Reġjonali.

Xhieda fil-post tal-inċident qalu li r-raġel li għandu 30 sena, residenti Birkirkara, kien għaddej bil-mutur tiegħu tat-tip Kawasaki, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ vettura tat-tip Citroen misjuqa minn tfajla ta’ 33 sena minn Naxxar.

Fil-post issejħet ambulanza sabiex tagħti assistenza lis-sewwieq tal-mutur. Aktar tard hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.