Saħħa

“Se jbatu l-ħaddiema u l-pazjenti li jużaw is-servizz tal-ambulanza”

Il-GWU imħassba dwar dak li qed jiġri fil-garaxx tal-ambulanzi

“B’konsegwenza għal dak li qed iseħħ fil-garaxx tal-ambulanzi, se jbatu l-kumplament tal-ħaddiema u l-pazjenti li jużaw is-servizz.” Kliem il-General Workers’ Union fi stqarrija fejn uriet it-tħassib tagħha għal dak li qed iseħħ f’dan il-garaxx.

Fid-dawl ta’ dan, it-taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU tiġbed l-attenzjoni tal-amministrazzjoni tal-garaxx tal-ambulanzi li kwalunkwe bidliet li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet tax-xogħol iridu jkunu diskussi mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

Għaldaqstant, il-GWU titlob għas-sensittività u responsabbiltà ta’ dawk kollha konċernati biex kemm il-pazjenti li jkollhom bżonn is-servizz tal-ambulanza, u impjegati oħra tal-istess sezzjoni, ma jintlaqtux b’mod ħażin mis-sitwazzjoni.