Lokali

Taqta’ xagħarha għal ħabibtha minkejja x-xewqa li jkun “twil sal-art”

Minkejja li għad għandha biss seba’ snin, Phoebe diġa’ ġġieldet u rebħet waħda mill-ikbar battalji ta’ ħajjitha – il-ġlieda kontra l-leukemia.

Waqt li kienet għaddejja minn dan iż-żmien diffiċli, hi sabet lill-aqwa ħabiba tal-iskola, li Jancer Galea, li ddeċidiet li tqassar xagħarha biex jintuża mill-vittmi tal-kanċer u mard rari ieħor.

Din ma kinitx xi ħaġa faċli għal tifla li x-xewqa tagħha li xagħarha jkun l-itwal possibbli. Jancer hi wkoll mudella, li ilha sa minn meta kellha biss ftit xhur tieħu sehem f’diversi kompetizzjonijiet, anke barra minn xtutna.

Il-ġest tagħha, li taqta’ xagħarha għal ħabibtha, impressjona ġurija internazzjonali b’filmat fejn fih tispjega dak li għamlet iwassalha biex tirbaħ wieħed minn sensiela ta’ unuri.

Dan waqt iċ-Children Festival of Culture and Arts, Golden Laurel Olympiad of Performing Arts li sar fil-Greċja, fejn fost oħrajn rebħet il-kategoriji kollha tat-talenti u l-unur onorarju Little Miss Olympic World 2018.

Rebħet ukoll midalja tad-deheb, Diploma u trofew fil-Golden Laurel Olympiad of Performing Arts. Hi ntagħżlet ukoll bħala Mini Miss United World Top Model 2018