Ewropa Internazzjonali

BREXIT: Il-Kabinett ta’ May japprova l-ftehim

Ftit tal-minuti ilu, Theresa May tat konferenza tal-aħbarijiet qasira fejn ħabbret li l-Kabinett kien approva l-ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjon Ewropea.

May ħabbret dan wara laqgħa f’10 Downing Street li damet ħames sigħat.

L-Unjoni Ewropea kienet qed tistenna l-eżitu ta’ din il-laqgħa qabel tippubblika d-dokument tal-ħrug tal-Ingileterra.

May għalqet il-konferenza billi stqarret li tħoss li dan kien pass għaqli għal futur tar-Renju Unit.