Illum erġajna rajna sriebet twal ta’ nies li marru biex jiġbru l-kontenituri għall-isseparar tal-iskart minn Ta’ Qali.
Dawn il-kontenituri, li kif kellu jsir b’dawk tal-iskart organiku, kellhom jitqassmu bieb bieb f’Malta u Għawdex, mhumiex qed jiġu ddistribwiti mill-kuntrattur u minflok il-pubbliku qed jiġi mitlub li jmur jiġborhom minn Ta’ Qali.
F’Għawdex, fejn il-Wasterserv kienet tat lista ta’ lokalitajiet min fejn wieħed jista’ jiġbor dawn il-kontenituri, issa ġie avżat li numru ta’ pick up points ġew ikkanċellati mil-lista.
F’Malta, l-pubbliku għandu sal-aħħar ta’ Novembru biex jiġbor il-konteninturi minn Ta’ Qali. It-tqassim qed isir mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30 ta’ filgħodu u l-5.00 ta’ filgħaxija.