– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-każ tas-Sata Bank qed jeffettwa ħażin l-aktar lil dawk il-persuni li kellhom il-flus investiti fih u li spiċċaw ma jistgħux jużaw flushom minħabba li l-bank ma jistax jopera iktar.
Fil-parlament Edwin Vassalo qal li l-kummerċ għandu bżonn leġislazzjoni li tipproteġi l-identità tal-prodott għaliex il-konsumaturi jitru l-prodotti minħabba l-identità. Din se tkun leġislazzjoni li tipproteġi lir-reputazzjoni tal-prodott u tal-attività kummerċjali tal-pajjiż.
Edwin Vassallo qal li fissuq hemm problemi ta’ flus, konsumaturi li ma jifilħux jixtru l-prodotti tad-ditta, hemm min mhux jiflaħ jixtri għax m’għandux il-finanzi li jixtieq li jkollu, hemm sitwazzjoni fejn il-qligħ mhux komparat max-xogħol li qed isir u hemm setturi bi problemi.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-2018 kien konfermat mill-istatistika tal-NSO li fl-2017 fis-ettur tal-agrikolutra jirriżulta li l-produzzjoni tal-bdiewa reġistrat tnaqqis. Fl-2017 id-dħul ammonta ta’ €52, tnaqqis ta’ 7.7% mill-2018 għall-2017. Bejn l-2013 u l-2017 kien hemm diskrepanza kbria f’dak li ħadu l-bdiewa mill-produzzjoni. Hemm 14% inqas fil-produzzjoni bejn l-2013 u l-2017. Fl-2013 kull bidwi kien jieħu €13,000 waqt li llum qed jieħu €11,000.
F’Lulju t-turiżmu kbiber iżda l-produzzjoni industrijali u l-kummerċ naqsu. Jeħtieġ regolamentazzjoni effettiva li tipproteġi l-attività kummerċjali. L-Economic Update tal-Bank Ċentrali tispeċifika kif fil-kostruzzjoni s-serħan il-moħħ u l-fiduċja minn Ġunju sa Lulju kien hemm qabża għall-agħar waqt li f’Awissu kien hemm tnaqqis. Hu qal li kien hemm tnaqqis fil-bejgħ fl-imnut.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-kourruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-irregolaritajiet u qal li dawn irendu 1.4% lill-Kaxxa ta’ Malta Hawn setturi ta’ nies li jistgħu jkunu wżati minn min irid jaħbi flusu. Hu kompla li l-gvern ħalla ħafna żmien jgħaddi u ma aħx passi kontra l-korruzzjoni bil-konsegwenza li issal-banek qed joqgħodu ferm attenti meta jitrattaw klijenti normali.
Edwin Vassallo qal lil-gvern qed jagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ Malta; u dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni biss iżda qed tgħidha wkoll l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera. Hu tkellem dwar il-problemi maħluqa mis-Sata Bank u qal li fi Frar tal-2018 il-Bank kien avżat biex ma jibqax jilqa u jiftaħ kontijiet ġodda. Is-Sata Bank obda. F’Ottbru 2018 ittieħdet deċiżjoni li l-operazzjoni ta’ Sata Bank ikun imwaqqaf bil-konsegwenza li min kellu flus fis-Sata Bank ma setax jaħdem bihom.
Edwin Vassallo qal li l-maġġoranza tal-poplu jrid li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jitneħħew.
//= $special ?>