Lokali Parlament

Inġustizzja fit-tqassim tal-fondi lill-kunsilli lokali… il-kunsilli Laburisti jingħataw 86% tal-fondi

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li taħt Gvern Nazzjonalista, 52% tal-fondi ingħataw lil kunsilli Laburistri iża issa fl-2015 ingħataw 86% tal-fondi ingħataw lil kunislli lokaliw aqt li kunislli Nazzjonalisti ingħataw biss 14%.

Hu appella biex il-gvern jieħu b’intreess il-kwistjoni tas-sindku full-time u biex dawn ikunu jistgħu jirritornaw għax-xogħol wara li jtemmu l-kariga tagħhom.

Jeħtieġ li l-għażla tal-kandidati isir bl-aħjar mod. Hu qal li l-kunsilli lokali m’għandhomx ikunu politiċizzati. L-onorarja tas-Sindku għandha tkun ikkunsidarata fil-kuntest tar-responsabbiltajiet. L-inqas ħaddiem fil-kunsill lokali jaqla’ iktar mis-sindku.

Għandu jkun hemm għarfien għall-viċi-sindku. Hu qal li f’Għawdex hmem 14-il kunsill li b’kollox jagħmel daqss il-Mosta. Hemm diskrepeanza kbira fit-tqassim tal-fondi u jrid ikun ikkunsidrat li hemm lokalitajiet li jitilgħu sa 60,000 bħal San Pawl il-Baħar.