Internazzjonali

Jirriżenja l-Ministru tad-Difiża Iżraeljan

Kienet ġimgħa imdemmija fil-Medda ta' Gaza

F’Iżrael, illum irriżenja l-Ministru tad-Difiża fuq nuqqas ta’ qbil dwar il-waqfien mill-ġlied mal-militanti Palestinjani f’Gaza.

Avigdor Lieberman, il-Mexxej tal-partit Yisrael Beiteinu, qal li ma jridx ibaxxi rasu quddiem it-terroriżmu.

Fl-aħħar jumejn, ġew sparati 460 rocket lejn Iżrael. Il-qawwiet Iżraeljani sparat 160 missila lejn Gaza.