Wara li din il-ġimgħa, il-Parlament iddiskuta mozzjoni urġenti ta’ Adrian Delia li titlob għar-riżenja ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, il-Prim Ministru għadu ma ħa l-ebda azzjoni.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’messaġġ fuq Twitter, hekk kif jum wara l-ieħor qed tkompli tikber il-pressjoni fuq Muscat biex jerfa’ r-responsabbilta’ politika u jkeċċi lill-Ministru Mizzi u liċ-Chief of Staff tiegħu f’Kastilja.
Adrian Delia fakkar fid-diskors li għamel hu stess fil-Parlament nhar it-Tnejn.
Is-saga 17 Black reġgħet splodiet wara li l-ġimgħa li għaddiet sar magħruf li 17 Black hi ta’ wieħed mid-diretturi tal-Electrogas; il-konsorzju li bena l-powerstation il-ġdida tal-gass.
Emails li ġew illikjati juru biċ-ċar minn minn 17 Black kellhom jgħaddu eluf kbar ta’ ewro lejn il-kumpaniji Tillgate u Hearnville – iż-żewġ kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri li inkixfu bil-Panama Papers.
//= $special ?>