Wara ġimgħat ta’ spekulazzjoni, il-programm NET LIVE illejla ikkonferma li l-isem taċ-ċkejken Cristiano se jinbidel. Dan wara l-ġrajja li seħħet f’Settembru li għadda, meta l-attenzjoni kollha tal-media kienet fuq dan it-tifel li kien spiċċa abbandunat fit-triq minn ommu stess.
Illum, ommu qed tingħata l-attenzjoni kollha li teħtieġ mill-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), filwaqt li t-tarbija għadha miżmuma għand is-sorijiet tal-Creche.
F’intervista ma’ Robert Cremona, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti qal illi l-isem tat-tifel se jinbidel sabiex kollox ikun f’postu qabel tibda l-iskola.
Grixti ikkummenta anke dwar l-aħbar illi dan l-aħħar ġie konfermat min hu missier it-tarbija.
//= $special ?>