Internazzjonali

L-Iżvezja tibqa’ bla gvern

Il-Membri Parlament fi Stokkolma, ivvutaw kontra l-proposta ta’ gvern ta’ minoranza mressqa mill-partit tal-Moderati, it-tieni l-akbar partit fil-pajjiż, u mill-partit Demo-kristjan.
Hekk, il-pajjiż kompla jkun bla gvern mill-elezzjoni tad-9 ta’ Settembru. Ulf Kristersson, il-mexxej tal-Moderati, tilef il-vot b’154 kontra 195. Dawk li vvutaw kontra qalu li għamlu hekk għaliex bi gvern simili kienet se tingħata saħħa lill-partit tad-Demokratiċi Żvediżi, il-partit estremista tal-lemin, li hu wkoll it-tielet l-akbar partit fil-pajjiż.
Il-vot kien l-ewwel ta’ erba’ possibbli qabel ma l-Ispeaker tal-Parlament, Andreas Norlen, ikollu jsejjaħ elezzjoni ġenerali oħra. Dan il-vot kien l-ewwel darba fl-istorja tal-Iżvezja li kandidat għall-kariga ta’ Prim Ministru – f’dan il-każ Kristersson – li ma rebaħx vot fil-Parlament magħ-ruf ukoll bħala r-Riksdagen. Issa l-Ħamis se jingħata bidu għal sensiela oħra ta’ taħditiet bejn il-partiti biex jaraw x’se jsir. Bħalissa l-pajjiż qed jitmexxa mill-Prim Ministru Stefan Lofven, li jmexxi l-Partit Soċjal-Demokratiku.