Kunsilli Lokali Lokali

Tal-monti jżarmaw minn Raħal Ġdid

"Is-Sindku ħa deċiżjoni bla konsultazzjoni"

Il-bejjiegha tal-monti li kull nhar ta’ Erbgha jarmaw ix-xoghol taghhom f’Rahal Gdid, dalghodu spiccaw telqu miz-zona fejn jarmaw minhabba li sabu l-post imbarrat.

Is-sitwazzjoni li sabu ma wicchom holqot kaos shih u storbju kbir, bil-bejjiegha jesprimu r-rabja taghhom ghas-Sindku ta’ Rahal Gdid. Nies li tkellmu ma’ Net News qed isostnu li din id-decizjoni kienet tas-Sindku wahdu, bla ebda konsultazzjoni ta’ xejn.

Dan wassal biex ma kienx hemm post bizejjed biex il-bejjiegha tal-monti jarmaw. Kienu biss ftit dawk li fethu l-bankijiet taghhom – il-maggoranza spicca telqu ‘l hemm, fost frustrazzjoni kbira.
Anke r-residenti ta’ Rahal Gdid kienu urtati ferm b’din is-sitwazzjoni, li affetwat ukoll lin-negozji li jinsabu fil-vicin.

Apparti nhar ta’ Erbgha, il-monti ta’ Rahal Gdid jarma ukoll il-Gimgha u s-Sibt. Issa, il-biza’ tan-negozji u l-bejjiegha li jarmaw fil-vicin hi li dan it-tahwid se jgerrex hafna xerrejja li kienu imdorrijin izuru dan is-suq b’mod regolari.