Rugby Sport

Try lejn it-tmiem iċaħħad lil Falcons mit-tieni rebħa fil-kampjonat

(Ritratt: Joseph Grech)

FALCONS………………. 15  OVERSEAS…………….. 15

Try lejn it-tmiem ċaħħad lil Falcons mit-tieni rebħa fil-Kampjonat CISK, bit-tnejn jikkuntentaw bi draw ta’ 15-15. Il-kundizzjoni tat-temp ħalliet effett fuq il-logħob milgħub b’conversion biss skorjat mill-ħames tries fil-logħba.

Falcons marru minn fuq wara għaxar minuti bi try ta’ Daniel Holliday, iżda sa nofs l-ewwel taqsima, Overseas dawru l-iskor. Il-protagonist kien James Widdop li l-ewwel skorja penalty fis-16-il minuta, biex erba’ minuti wara l-istess plejer għamel try u conversion u poġġa lil Overseas 10-5.

Fl-24 minuta, John Debono rċieva karta safra minħabba daqqa li ta lill-avversarju. Falcons ħadu vantaġġ mill-ewwel bit-tieni try tagħhom fis-27 minuta din id-darba skorjat minn Benjamin Borg, biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu f’parità ta’ 10-10.

Falcons kellhom superjorità numerika għat-tieni darba fil-logħba fil-bidu tat-tieni taqsima wara logħob perikoluż ta’ Flavio Cecchini. Huma marru 15-10 fis-46 minuta bit-tieni try fil-logħba tan-number 8 Benjamin Borg.

Overseas reġa’ kellhom plejer ieħor muri karta safra, b’Thomas Latterade jagħmel għaxar minuti barra mil-logħba wara li pprotesta mar-referee. Falcons ma ħadux vantaġġ u spiċċaw biex pattew qares hekk kif Overseas għamlu l-iskor 15-15 bi try ta’ Heinrich Gericke fit-78 minuta.

STOMPERS………….. 36   KAVALLIERI…………..  0

Rebħa faċli għal Stompers li ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Kavallieri 36-0, bir-rebħa tagħhom immaturat fit-tieni taqsima. Stompers fetħu l-iskor wara biss tliet minuti bi try u conversion ta’ Matthew Naudi.

Huma reġa’ kellhom bidu tajjeb fil-bidu tat-tieni taqsima bi try ta’ Dragan Cerketa u conversion ta’ Richard Gum għal vantaġġ ta’ 14-0. Erba’ minuti wara Gary Hili għamilhom 19-0 bit-tielet try għat-tim tiegħu, biex Dragan Cerketa għalaq definittivament il-logħba fl-54 minuta bit-tieni try personali għal skor komdu ta’ 24-0.

L-affarijiet komplew ġejjin ħżiena għal b’Jethro Zammit Randich jintwera l-karta s-safra żewġ minuti wara. Fl-għaxar minuti ta’ superjorità numerika, Richard Gum għamel try u conversion biex Clement Gruyer għamel is-sitt try għal skor finali ta’ 36-0.

Tags