Lokali Turiżmu

Aktar spejjes għall-Air Malta

Jikru ajruplan għal żewġ titjiriet

Ikomplu l-problemi għall-Air Malta hekk kif il-kumpanija mhix tlaħħaq mal-iskeda ta’titjiriet illi ħolom biha l-management, bil-barka tal-Ministru Konrad Mizzi.

Dan is-sit jista’jizvela illi illum l-Air Malta kriet ajruplan ieħor, b’rizultat li daħlet fi spejjes kbar. Dan sabiex il-kumpanija topera zewg titjiriet partikolari.

Bħalissa fil-flotta hemm ajruplan nieqes minhabba li waqaf għall-manutenzjoni.

Il-management tal-linja nazzjonali ilu xhur mifni b’kontroversji kbar, partikolarment wara dak li gara fis-Sajf fejn id-dewmien fit-titjiriet kien ir-regola, u mhux l-eċċezzjoni.

Ricentament, reġgħet faqqgħet ukoll il-kwsitjoni tal-bdoti, li inbidel f’botta u risposta bejn l-ALPA u l-Air Malta.