Ambjent Lokali

“Anke fil-barrieri hawn problemi kbar” – nies fil-kostruzzjoni

Kmieni dalgħodu mal-200 trakk inġabru fit-triq li twassal lejn Ħaġar Qim, fejn hemm numru kbir ta’ barrieri, għaliex spiċċaw m’għandhom imkien fejn jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni.

Net News żar il-post fejn seta’ jinnota frustrazzjoni fost is-sewwieqa tat-trakkijiet li ma jafux x’se jagħmlu bih dan l-iskart kollu.

Wieħed mis-sewwieqa qalilna “il-barrieri kollha magħluqin”. Oħrajn qalulna li din is-sitwazzjoni saret gravi immens, u ħadd mhu jagħti kas.