Lokali

Anzjan qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni

Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’ 63 sena qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem f’post ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Mergħad f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu.

L-anzjan li huwa ta’ nazzjonalità barranija joqgħod il-Ħamrun.

Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-anzjan lejn l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura meħtieġa, hemm ġie ċċertifikat li qed isofri minn grieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.