Ewropa Internazzjonali Unjoni Ewropea

BREXIT: Summit ta’ emerġenza fil-25 ta’ Novembru

Theresa May tiffaċja aktar riżenji

Il-Ħadd 25 ta’ Novembru se jkun qed jitlaqqa’ summit urġenti tal-UE biex jiġi diskuss il-ftehim milħuq mar-Renju Unit dwar Brexit. Dan wara li lbieraħ l-istess ftehim ġie preżentat mill-Prim Ministru Theresa May lill-Kabinett tagħha.

Dalgħodu, il-Ministru Shailesh Vara ingħaqad mal-lista twila ta’ politiċi li irriżenjaw propju minħabba din il-mosssa ta’ Theresa May, u l-mod kif saru l-affarijiet rigward Brexit.

Il-media Ingliża żvelat illi l-Abboż ta’ Ftehom fih ftit anqas minn 600 paġna. Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk iddeskriva dan id-dokument bħala pass li bih “kulħadd se jkun tellief”.

e