Raġel ta’ 54 sena residenti Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li waqgħet ħadida fuq rasu.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Testaferrata fil-Gżira. Nies li raw l-inċident spjegaw illi r-raġel ġarrab feriti f’rasu u f’idu.
Fil-post issejħet ambulanza kif ukoll il-Pulizija. Hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>