Lokali

Impjegati lesti jiżvelaw l-abbużi fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Safi

Ħaddiema li jservu fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Safi, ilbieraħ irriaffermaw ma’ In-Nazzjon li huma lesti jixhdu bil-ġurament dwar abbużi kbar fl-istess post tax-xogħol kif ukoll kif ċerta   persuna f’pożizzjoni ta’ tmexxija għamlet numru ta’ avvanzi ses-swali fil-kontront ta’ numru ta’ ħaddiema.

L-istess ħaddiema qalu wkoll  lil In-Nazzjon li wara l-pubblikazzjoni tal-artiklu lbieraħ, kien hemm min qabdu paniku kbir għaliex fehem li ż-żejt qed jitla’ f’wiċċ l-ilma u issa dan kollu se jkun ta’ imbarazzament dirett fuq il-Ministru Michael Farrugia u l-Ministeru tal-Intern, li ilhom li twasslulhom ilmenti serji iżda qatt ma ħadu passi.

Qalulna wkoll li min qabdu paniku lbieraħ ilu jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu u jaħseb li jista’ jagħmel li jrid u jabbuża kif irid.

Iżda issa l-atteġġament irresponsabbli u abbużiv tiegħu se jwassal biex il-Ministru Michael Farrugia jkollu jwieġeb hekk kif aktar dettalji dwar dawn l-abbużi se jkomplu jitqajmu fil-jiem li ġejjin.

Qalulna li huma bħala ħaddiema diġà tkellmu fejn kellhom jitkellmu u spjegaw dak kollu li għaddejjin minnu.

Issa li dawn l-abbużi bdew joħorġu fil-beraħ jistennew biss li  l-Ministru Michael Farrugia jieħu l-passi li għandu jieħu u ma jistenniex li jinġieb dahru mal-ħajt.

Fi ftit kliem, jew jagħżel it-triq tal-irġulija u jipproċessa lill-istess persuna li qed timbarazzah biex twieġeb għall-abbużi serji tagħha, jew inkella Michael Farrugia  jkun kompliċi ma’ min jhedded lill-ħaddiema u jgħidilhom li lest  jorbtilhom mażżra ma’ għonq-hom, jitfagħhom il-baħar u mbagħad jaqbeż fuqhom biex ikun ċert li ħeles minnhom.

Il-kliem baxx, ħażin u abbużiv fil-konfront tal-impjegati flimkien ma’ komportament ieħor xejn  professjonali fil-ħin tax-xogħol, id-diskriminazzjoni sfaċċata u bi ħdura, l-inbix u l-fastidju sesswali  minn din il-persuna jistgħu jis-piċċaw ukoll għall-investigazzjonijiet u l-iskrutinju ta’ strutturi oħrajn li għandu l-Istat għaliex l-armonija f’dan il-post tax-xogħol marret il-baħar.

Tkellem ma’ In-Nazzjon ukoll ħaddiem li ddikjara ruħu bħala “Laburist” li jservi fiċ-Ċentru  tad-Detenzjoni f’Ħal Safi, li lbie-raħ qalilna li dan kollu ilu ġej ħafna u bla dubju ta’ xejn li l-Ministru Michael Farrugia għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa fil-konfront ta’ din il-persuna li abbużat ripetutament sal-punt li issa saret ta’ imbarazzament kbir għall-istess Ministru Farrugia.

Dan l-istess ħaddiem qalilna li din il-persuna ma tiddiskriminax biss fuq bażi ta’ kulur politiku u saħansitra hemm diskriminazzjoni bejn Laburisti stess.

Kemm ilha taħdem f’dan iċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Safi din il-persuna ġemmgħet għadd ta’ inċidenti dwar avvanzi. Kien hemm saħansitra min ma waqax għall-pressjoni tagħha, li iżda spiċċa jbati l-konsegwenzi.

Dawn il-ħaddiema lesti li jiżvelaw kollox bil-ġurament biex hekk toħroġ il-verità kollha dwar persuni li għaliex tkunu f’ċerti pożizzjonijiet tal-poter, allura taħseb li tista’ tagħmel li trid,  anki jekk għadd ta’ ħaddiema jispiċċaw jgħixu f’“infern”.