Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti preżenta l-viżjoni tiegħu fuq il-bini modern u r-regolamentazzjoni fix-xogħol tal-kostruzzjoni. Il-Kamra tal-Periti b’mod konkret iddeskriviet is-sitwazzjoni tar-regoli f’dan is-settur bħala waħda skaduta, frammentata u mhux ikkoordinata.
Fi stqarrija ntqal li l-Kunsill tal-Kamra tal-Periti ilu jitlob għal aġġornament fir-regolamenti tal-bini għal numru ta’ snin.
Il-Kamra taqbel mat-twaqqif ta’ Awtorità ġdida biex tirregola l-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni minħabba li temmen bis-sħiħ li attwalment m’hemmx biżżejjed, jew f’ħafna każijiet, l-ebda regolamentazzjoni tal-proċessi tal-bini u tal-kostruzzjoni, li hija vitali għall-industrija f’Malta; il-ftit regoli li jeżistu huma skaduti, u mhux ikkoordinati. Dan huwa għad-detriment tal-istess industrija, sidien ta’ proprjetà u periti.
Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti qal li din id-diskussjoni ntlaqet bis-sħiħ min-numru ta’ membru tagħha u ‘l quddiem se jiltaqa’mad-diversi partijiet interessati biex jippreżentaw il-pożizzjoni tagħhom.
//= $special ?>