Raġel minn Ħal Balzan inżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li prova jwettaq hold-up f’ħanut tal-merċa. Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija meta mill-ewwel indikazzjonijiet, Marcus John Calleja, ta’ 46 sena, daħal mgħammad u armat fl-istabbiliment fejn dak il-ħin, flimkien ma’ sid il-ħanut, kien hemm xi nies oħra.
L-akkużat ġie mixli li żamm erba’ persuni kontra r-rieda tagħhom kif ukoll li kellu fuqu arma tan-nar mingħajr liċenzja u li spara.
Filwaqt li l-Qorti semgħet kif Calleja kien riċediv, il-Maġistrat ordnat sabiex lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin toffri l-għajnuna lill-akkużat waqt li jkun arrestat minħabba l-problema tad-droga.
//= $special ?>