Is-sena l-oħra konna għamilna lista ma tispiċċa qatt ta’ riklami tal-Milied illi kienu kważi produzzjonijiet ċinematografiċi, b’budgets illi jlaħħqu eluf kbar. U din il-ġimgħa, irritornaw il-famużi reklami tal-Milied li taw bidu għar-rankatura tal-festi ta’ din is-sena.
Fir-Renju Unit b’mod partikolari, bdew ħerġin il-promozzjonijiet tal-istabbilimenti ewlenin bħal John Lewis, illi din is-sena għażlu lil Elton John (fuq) biex ikun is-simbolu tagħhom għal dan il-Milied.
Il-kumpanija użaw l-islogan “some gifts are not just gifts”. Ir-reklam juri l-ħajja ta’ Elton John, bi vjaġġ li jmur lura għat-tfulija meta tawh l-ewwel pjanu bħala rigal.
//= $special ?>