Internazzjonali Unjoni Ewropea

“Mhux se jkun hemm it-tieni referendum” – Theresa May

F’konferenza tal-aħbarijiet wara jum ta’ turbolenza għall-Gvern Ingliż minħabba Brexit, il-Prim Ministru Theresa May uriet biċ-ċar li hi lesta tibqa’ għaddejja bit-tmexxija. Hekk stqarret quddiem il-ġurnalisti meta kienet qed twieġeb id-domandi f’10 Downing Street.

Theresa May għamlitha ċara li hi ma temminx li għandu jkun hemm it-tieni referendum fuq Brexit.

Il-ftehim, li fih kwazi 600 pagna, jelenka l-proċedura ta’ kif ir-Renju Unit se jitbiegħed mill-Unjoni Ewropea wara aktar minn 40 sena ta’ sħubija.

It-triq lejn Brexit mhix se tkun waħda faċli, u issa issejjaħ summit speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-25 ta’ Novembru.