Il-player internazzjonali Malti Andre Schembri se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-pubbliku nhar il-Ħadd li ġej, hekk kif għadu kif ħabbar li se jkun qiegħed jirtira mit-team nazzjonali. Fil-fatt l-aħħar impenn tiegħu mat-team nazzjonali se jkun nhar it-Tlieta li ġejjin f’logħba Malta vs Faroe Islands.
L-attivita’ fejn Andre Schembri se jkun qed jiltaqa’ man-nies se ssir nhar il-Ħadd li ġej fit-Trophies Lounge, Millennium Stand, Ta’ Qali bejn it-3.30pm u l-5.00pm.
Din se tkun okazzjoni fejn tfal, żgħażagħ u dawk kollha li jsegwuh ikunu jistgħu jiltaqgħu u jieħdu ritratti miegħu kif għamlu oħrajn meta ppubblika l-awtobijografija tiegħu ftit tal-ġimgħat ilu. Andre Schembri se jkun qiegħed jiffirma wkoll il-kotba ‘Andre Schembri, 10 snin nilgħab fl-Ewropa’ li se jkunu jistgħu jinkisbu dak il-ħin stess.
Andre Schembri irnexxa u sa issa ilu jilgħab 10 snin ma’ teamijiet barra minn Malta b’riżultat tad-determinazzjoni qawwija tiegħu li kellu.
Hu ta’ ispirazzjoni għal min ikun irid iwettaq ħolma f’ħajtu kif għamel hu. Andre Schembri fil-ktieb tiegħu minbarra li jikteb dwar dan kollu jikteb ukoll dwar kif jixtieq li jara li jiżviluppa l-football Malti. Andre Schembri qed jgħaddi d-dħul tiegħu minn dan il-ktieb lil Dr Klown. Għal aktar dettalji dwar din l-attivita’ tista’ tidhol fuq Facebook page ta’ Andre Schembri jew iċċempel 9993 2592.
//= $special ?>


