Il-klabbs tal-Premier League qed jiddiskutu proposta tal-FA Ingliża li tara n-numru ta’ plejers barranin jonqsu b’relazzjoni mal-fatt li r-Renju Unit qed tippjana li toħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Bħalissa l-iskwadri tal-Premier League jista’ jkollhom sa 17-il plejer barranin minn skwadra ta’ 25 plejer, iżda bi pjan tal-FA Ingliża, dak in-numru jonqos għal 12 minħabba li n-numru ta’ plejers ‘homegrown’ jitla’ għal 13. Il-klabbs se jikkunsidraw l-idea f’laqgħa llum, li fiha se jkun hemm rappreżentant mill-20 klabb tal-Premier League.
Bħalissa ma hemm l-ebda restriazzjoni ta’ plejers minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, bir-regola tħalli l-moviment ħieles bejn il-pajjiżi membri. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE, jista’ jfisser li jkun aktar diffiċli biex plejers li mhux regolari fix-xena internazzjonali, ikun aktar diffiċli biex jilagħbu fl-Ingilterra, minħabba li jkollhom problemi biex jiksbu l-permess tax-xogħol.
//= $special ?>