Futbol Sport

Premier League Ingliż: Lejn il-VAR mill-istaġun li ġej

Is-sistema tal-Video assistant referees (VAR) se tiddebutta fil-Premier League tal-Ingilterra mill-istaġun li ġej wara li l-klabbs qablu ma’ dan il-pass fi prinċipju.

Intant, mistenni, issa, li l-amministraturi tal-Premier League jagħmlu talba lill-International Football Association u lill-FIFA biex jimplimentaw il-VAR għall-kampjonat 2019/20.

Dan meta fl-Ingilterra għaddejjin il-provi tas-sistema, bil-klabbs rispettivi jaġġornaw ruħhom ‘mal-aħħar żviluppi fis-sitwazzjoni’ waqt laqgħa li saret aktar kmieni llum.