Ambjent Lokali

TAĦWID BLA LIMITU: Marru għall-bins, u bagħtuhom lura d-dar

Qalu lin-nies li t-tqassim se jibda fil-11am

Il-pantomima tal-kontenituri tal-iskart kompliet dalgħodu hekk kif għexieren ta’ persuni li ma nqdewx ilbieraħ reġgħu marru Ta’ Qali biex jiġbru l-bins li qed jingħataw lill-familji.

Iżda minkejja l-avviż li t-tqassim tal-bins kellu jibda minn kmieni dalgħodu, lin-nies qalulhom biex imorru lura d-dar għax il-proċess kien se jibda fil-11am. Xi ħaġa li fissret skariġġ kbir għal diversi familji, ħaddiema u anzjani li ħarbtu l-ġurnata tagħhom biex marru jiġbru dawn il-kontenituri.

L-avviż tal-Wasteserv kien ċar – f’Malta, il-pubbliku għandu sal-aħħar ta’ Novembru biex jiġbor il-konteninturi minn Ta’ Qali. It-tqassim (skont l-avviż) qed isir mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30am u u l-5.00pm. Għalkemm illum qabel il-11am mhux se jibdew.