Internazzjonali

631 il-persuni li għadhom rappurtati nieqsa f’Kalifornja

Sitwazzjoni deskritta bħala waħda ta' "kaos straordinarju"

In-numru ta’ persuni rappurtati nieqsa wara n-nirien fl-Istat ta’ Kalifornja issa qabeż għal 631, filwaqt li 65 huma konfermati mejta.

Dan in-numru ta’ persuni nieqsa hu d-doppju ta’ dak li kien oriġinarjament maħsub.

Ix-Sheriff ta’ Butte County stqarr illi z-zona kollha bħalissa qed tiffaċja kaos sħiħ, u s-sitwazzjoni hi waħda straordinarja.

L-awtoritajiet, qed jgħidu li n-numru kbir ta’ fatalitajiet qed jiġi attribwit għall-fatt li n-nar infirex b’ħeffa kbira partikolarment fil-villaġġ ta’ Paradise, fejn joqgħodu madwar 27,000 resident.

In-nirien f’Kalifornja qed jitqiesu l-agħar fl-istorja.