Sport Sport Ieħor

Alexander Zverev fis-semfinali tal-Finali ATP kontra Roger Federer

(Ritratt: EPA)

Alexander Zverev sar l-ewwel Ġermaniż li wasal sas-semifinali tal-Finali ATP minn żmien Rainer Schüttler, wara li għeleb lil John Isner. Zverev, Isner u Marin Cilic kollha kellhom ċans biex jingħaqdu ma’ Novak Djokovic fil-fażi tan-knock-out. Iżda t-tennist ta’ 21 sena li għeleb lil Cilic qabel tilef it-tieni logħba kontra Djokovic, irrepeta dak li għamel Schüttler fl-2003, b’rebħa ta’ 7-6, 6-3.

Din is-sena, Zverev irnexxielu jitla’ sal-ħames post fir-rankings tad-dinja, wasal sal-kwarti tal-finali tal-Open ta’ Franza u rebaħ it-tielet titlu Masters 1000 tal-karriera tiegħu f’Madrid.

Il-Ġermaniż beda jlaħħaq mas-service ta’ Isner qabel kien sfurzat isalva set point fil-11-il logħba hekk kif il-logħba marret f’tie-break. Zverev irnexxielu jikseb set point, biex forehand ħażin tal-Amerikan kien biżżejjed biex jirbaħ l-ewwel set.

Isner kellu bżonn li jirbaħ fi straight sets biex ikollu ċans javvanza, filwaqt li Zverev kiber fil-kunfidenza u kiseb break point fit-tielet logħba tat-tieni set. B’hekk hu kellu s-service biex għalaq il-logħba. Hu sar l-iżgħar semifinalist fil-Finali ATP minn Juan Martin del Potro fl-2009 u se jilgħab kontra Roger Federer.

Tags