Rapporti fl-Istati Uniti qalu li d-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan qed iħejji akkużi kontra Julian Assange, il-fundatur ta’ Wikileaks, li fl-2012 kien ħarab lejn l-ambaxxata tal-Ekwador, f’Londra, fejn ilu jingħata l-kenn minn dak iż-żmien.
L-aħħar rapport ngħataw waqt li filing, f’każ ta’ qorti separata, indika li ‘qegħdin jitħejjew l-akkużi’ u meta sal-bieraħ ma kienx ċar x’tip ta’ akkużi għandu jiffaċċja Assange. Uffiċjali tal-Ġustizzja, intant, qalu li ‘il-filing inkwistjoni kien sar bi żball’.
Julian Assange ilu s-snin jinkwieta li se jispiċċa estradit lejn l-Istati Uniti. Intant, l-investigazzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti dwar allegat indħil tar-Russja fl-aħħar elezzjoni għall-Presidenza Amerikana suġġeriet li l-Wikileaks intuża mis-servizzi sigrieti Russi għad-distribuzzjoni ta’ materjal li, qabel, kien suġġett għall-hacking.
L-aġenziji sigrieti tal-Istati Uniti qed jgħidu li r-Russja ‘għenet’ lil Donald Trump, il-President Amerikan attwali, biex jirbaħ l-elezzjoni tal-2016, bit-Tmexxija f’Moska tiċħad għal dan. Il-Wikileaks, sadattant, ippubblika eluf ta’ emails tad-Demokratiċi Amerikani li kienu għaddew minn hacking waqt it-taqtigħa għall-Presidenza tal-2016 bejn Trump u l-kandidat tal-Partit Demokratiku, Hillary Clinton.
//= $special ?>

