Kultura Lokali

Evitata traġedja fi Strada Merkanti

L-armar tal-Milied li twaħħal f’nofs Strada Merkanti fil-Belt spiċċa kollu ċeda għal isfel.

Nies fil-post qalulna illi bosta kienu maħsudin b’dak li raw hekk kif l-armar kollu ċeda, waħda wara l-oħra, b’konsegwenza li instema’ ħoss qawwi.

Id-dawl tal-Milied spiċċa f’nofs it-triq u fuq l-imwejjed tal-istabbilimenti tal-ikel.

Sidien tar-ristoranti fi Triq il-Merkanti fil-Belt spjegaw ma’ Net News illi “imnalla kienet ix-xita, għaliex kieku kienet isseħħ traġedja kbira.”

Issa jidher li l-armar tad-dawl qed jerġa’ jitpoġġa f’postu.